Thursday, June 4, 2026

MPL: Joseph Muscat konfermat chairman b’mod unanimu

Aqra wkoll

Joseph Muscat ġie konfermat unanimament bħala Chairman tal-Malta Premier League hekk kif l- istess organizzazzjoni rduppjat is-surplus tagħha għal €475,000 għall-istaġun 2025/26.

F’din il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2026, Dr Muscat irċieva vot ta’ fiduċja ta’ 12-il vot favur u 0 kontra biex iservi t-tieni mandat tiegħu bħala chairman tal-MPL.

Fi żviluppi oħra, Victor Cassar (Hamrun Spartans FC) u Johann Said (Floriana FC) ġew eletti biex jimlew is-siġġijiet fuq il-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA  li tħallew vakanti minn Keith Perry (Sliema W.) u Michael Valenzia (Birkirkara). 

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ħareġ ukoll li f’sentejn biss kemm ilha topera u tmexxi l-ogħla kategorija tal-football Malti, d-dħul tal-MPL kiber f’livelli rekord minn €60,000 għal ftit inqas minn €1 miljun.

L-MPL tesprimi l-gratitudni sinċiera tagħha lis-sħab kummerċjali kollha tagħha għall-fiduċja u l-appoġġ kontinwi tagħhom.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MPL approvat ukoll il-kalendarju għall- istaġun 2026/2027, liema Kampjonat ġdid huwa skedat li jibda nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Awwissu.

Dan kollhu mhux qabel il-poloz  ta’nhar it-Tnejn, 20 ta’ Lulju u s-sekwenza tal-ewwel 11-il partita, fil-ftuħ tal-Opening Round/League Phase.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport