Monday, May 13, 2024

Jiftaħ għall-pubbliku l-villaġġ tal-Milied, “The Illuminated Trail Malta” fil-Verdala

Aqra wkoll

Għal sena oħra, il-pubbliku ser ikun jista’ jgawdi l-villaġġ tal-Milied “The Illuminated Trail Malta” fil-palazz tal-Verdala, il-Buskett.

Dan il-villaġġ immirat li jattira familji u tfal jinvolvi attrazzjonijiet uniċi li jibdlu d-dehra tal-madwar fi spirtu tal-Milied u ta’ divertiment għal kull min iżuru.

“The Illuminated Trail Malta” ser jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024.

Din l-attività qegħda ssir b’kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund u b’sostenn minn VisitMalta.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li din l-attrazzjoni hija valur miżjud għal kull min irid igawdi lil Malta fi żmien il-festi tal-Milied. “The Illuminated Trail Malta huwa avveniment li permezz tiegħu nkomplu naraw kwalità ogħla għal offerta li jagħmel pajjiżna kemm għat-turist lokali u anke dawk li jżuru l-gżejjer Maltin fi żmien il-Milied,” ikkonkluda l-ministru.

Sport