Monday, December 23, 2024

Jiġġarraf F-35 jet fighter Ingliż fil-baħar Mediterran

Aqra wkoll

F-35 jet fighter Ingliż iġġarraf fil-baħar Mediterran waqt operazzjoni ta’ rutina.

Il-Ministeru tad-Difiża Ingliż qal li b’xorti t-tajba l-bdot irnexxielu joħroġ u reġa’ lura b’mod sigur abbord l-Aircraft carrier HMS Queen Elizabeth II filwaqt li qal ukoll li bdiet investigazzjoni dwar dan il-każ.

F’dan l-inċident ma kienux involuti ajruplani oħra.

Il-Ministeru tad-Difiża qal li ma jkunx xieraq li jikkummenta waqt l-investigazzjoni.

Hekk kif bdiet l-investigazzjoni rapporti internazzjonali qalu li din x’aktarx se tiffoka fuq il-possibiltà ta’ żball tekniku jew uman. 

L-istess rapporti qalu li dan l-ajruplan jiswa mal-£100 miljun u huwa mifhum li għadu ma ġiex irkuprat.

Ekonomija

Sport