Thursday, April 18, 2024

Ħames produzzjonijiet inġibdu f’Għawdex din is-sena

Matul il-ġbid tagħhom dawn nefqu €6 miljun fil-gżejjer Maltin

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo qal fil-Parlament li matul din is-sena nġibdu 5 produzzjonijiet f’Għawdex. Dawn jinkludu żewġ sensiliet tat-televiżjoni li kienu ‘The Madame Blanc Mysteries’ serje Ingliża li nġibdet f’bosta lokalitajiet madwar Għawdex kif ukoll is-serje Żvediża ‘Blinded’ li parti minnha nġibdu f’Kemmuna.

Kien hemm ukoll żewġ reality shows, wieħed Żvediż ‘Make or Break’ li nġibed kollu kemm hu f’Għawdex fuq medda ta’ 24 ġurnata kif ukoll ‘Below Deck Mediterranean’, reality show popolari ferm fl-Amerika li għalih inġibdu diversi xeni f’Għawdex. Fil-gżira ta’ Għawdex inġibdu wkoll xeni għall-film ko-produzzjoni Ġermaniża-Maltija bl-isem ta’ ‘The Dive.’

Il-Ministru Bartolo spjega li huwa stmat li matul il-ġbid tagħhom dawn il-produzzjonijiet se jkunu nefqu ‘l fuq minn €6 miljun fil-gżejjer Maltin. 

Intant, il-Kummissjoni Maltija għall-Films għaddejja b’ħidma kontinwa biex tattira aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna nkluż lejn Għawdex.

Ekonomija

Sport