Sunday, December 22, 2024

Jikber il-każ ta’ Djokovic … jista’ jiġi sospiż milli jidħol fl-Awstralja għat-tliet snin li ġejjin ….

Aqra wkoll

Novak Djokovic qed jirriskja li jitlef aktar mill-Australian Open ta’ din is-sena jekk jonqos milli jħassar il-kanċellazzjoni tal-viża tiegħu u jista’ jiġi deportat minħabba li ma jkollux biżżejjed evidenza li tappoġġa l-eżenzjoni medika għar-regoli tal-vaċċinazzjoni tal-Covid-19 tal-Awstralja.

Huwa jista’ jiġi sospiż sa tliet snin milli jidħol fil-pajjiż. It-tennista Serb li huwa rrankjat l-ewwel wieħed fid-dinja li rebaħ l-Australian Open disa’ darbiet, rebaħ l-appell kontra l-Gvern Awstraljan wara li kien miżum f’detenzjoni tal-immigrazzjoni f’Melbourne minn nhar il-Ħamis waqt li kien qed jipprepara għall-isfida legali tiegħu ta’ nhar it-Tnejn f’qorti Awstraljana.

Fi tweġiba dwar x’jista’ jiġri jekk Djokovic jitlef il-ġlieda legali tiegħu, il-Forza tal-Fruntiera Awstraljana qalet: “Persuna li l-viża tagħha tkun ġiet ikkanċellata tista’ tkun soġġetta għal perjodu ta’ esklużjoni ta’ tliet snin li jipprevjeni l-għoti ta’ aktar viża temporanja.”

“Il-perjodu ta‘ esklużjoni se jitqies bħala parti minn kwalunkwe applikazzjoni ġdida għall-viża u jista’ jiġi rrinunzjat f’ċerti ċirkostanzi, filwaqt li wieħed jinnota li kull każ huwa evalwat fuq il-merti tiegħu stess.”

L-organizzaturi tal-Open tal-Awstralja ma kkummentawx pubblikament, ħlief biex jgħidu lill-gazzetti Awstraljani li l-ebda plejer ma ġie mqarraq dwar ir-rekwiżiti tat-tilqim. Id-direttur tat-tournament Craig Tiley kompla jaħdem ma’ Djokovic, bit-tama li jdaħħal liċ-champion renjanti f’dan it-tournament li jibda nhar it-Tnejn li ġej, 17 ta’ Jannar.

Il-gvern tal-istat ta’ Victoria ordna li l-players, l-istaff, il-partitarji u l-uffiċjali kollha jridu jitlaqqmu bis-sħiħ biex jikkompetu f’dan it-tournament. 

L-istat, li approva l-eżenzjonijiet mediċi għal Djokovic, qal li dawk l-eżenzjonijiet kienu għall-aċċess għal Melbourne Park, mhux il-fruntiera.

Għaldaqstant issa mistennija d-deċiżjoni finali tal-Ministru tal-Immigrazzjoni Awstraljan … jekk tmur kontra Djokovic, se jkollu jbati l-konsegwenzi għat-tliet snin li ġejjin …..

Ekonomija

Sport