Huwa rappurtat li żewġ membri mill-kumitat ta’ Manchester United huma mistennija li jħallu lill-klabb bħala parti mit-tieni rawnd ta’ sensji ta’ Sir Jim Ratcliffe.
Gazzetta partikolari Ingliża tirrapporta li ż-żewġ diretturi tal-United għall-għarfien u l-innovazzjonijiet tal-futbol, Richard Hawkins u David Harrison, ġew infurmati li mhux se jkollhom aktar rwoli ‘l quddiem u l-ħruġ tagħhom hu imminenti.
Dan kollu qed iseħħ wara li l-United allegatament qed tippjana li ssensja 200 impjegat ieħor, xhur wara li ħalliet 250 impjegat jitilqu. Dan jenfasizza kemm Ratcliffe ilu bla ħniena minn mindu sar sid ta’ minoranza tar-Red Devils.