Friday, November 22, 2024

Jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl

Aqra wkoll

Raġel ta’ 49 sena residenti Ħal Luqa ndarab gravi wara li tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl.

L-inċident seħħ lbieraħ għall-ħabta tal-4.30p.m., f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Flimkien max-xufier kien hemm mara ta’ 40 sena minn Ħal Luqa.

Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-mara ndarbet ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport