Thursday, March 28, 2024

Mil-lum persuni li għandhom ‘il fuq minn 50 sena jistgħu jirreġistraw għall-booster

Aqra wkoll

Mil-lum persuni li għandhom ‘il fuq minn 50 sena jistgħu jirreġistraw biex jieħdu l-booster kontra l-Covid-19.

Sas-Sibt kienu diġà ngħataw ‘il fuq minn 113,000 doża tal-booster.

Fl-aħħar jiem, kemm l-awtoritajiet tas-saħħa kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela baqgħu jappellaw għat-teħid tal-booster biex mhux biss jipproteġina iżda jippermetti li s-sitwazzjoni f’pajjiżna tibqa’ waħda taħt kontroll.

Fi kliem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne, il-vaċċin ipproteġina matul is-Sajf u l-Ħarifa u l-booster se jipproteġina matul ix-Xitwa. Għalhekk huwa wkoll ħeġġeġ lill-pubbliku kollu biex meta jirċievi l-appuntament għall-booster jaċċetta din l-istedina.

Meta beda jingħata l-booster dose f’pajjiżna f’Settembru li għadda, Fearne kien saħaq fuq l-importanza li l-iktar persuni vulnerabbli jieħdu l-booster dose biex l-immunità tagħhom kontra l-Covid-19 tibqa’ b’saħħitha, speċjalment matul dawn ix-xhur minħabba l-istaġun tal-influwenza.

Ekonomija

Sport