Wednesday, December 25, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 26 sena u residenti ż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha u waqa’.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00a.m. fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport