Tuesday, April 30, 2024

Jindarab serjament f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Bulgaru ta’ 56 sena residenti l-Mosta sofra ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-6.40a.m. fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm il-Bulgaru u karozza Opel Corsa, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 65 sena residenti n-Naxxar.

Il-Bulgaru ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ġie ċċertifikat li kien f’qagħda serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport