F’appell għal donazzjonijiet intqal li wara l-inċident fatali tal-Erbgħa li għadda, il-katavru ta’ Kristina Zivanovic se jkun qiegħed jintbagħat lejn is-Serbja.
Kristina hija t-tfajla ta’ 23 sena li mietet wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja f’Birkirkara fi triqitha lura d-dar.
Il-familja tagħha ġiet Malta 14-il sena ilu f’tentattiv biex issib opportunitajiet ta’ xogħol aħjar u hi kienet l-unika wild tal-ġenituri tagħha. Fost dawk li sellmu l-memorja tat-tfajla ddeskrivewha bħala tfajla dejjem bi tbissima fuq fommha,
Il-fondi li se jinġabru se jkunu qegħdin jgħinu lil ommha fl-ispejjeż involuti biex il-katavru ta’ bintha jittieħed għad-dfin fis-Serbja u spejjeż oħra legali.