Saturday, May 4, 2024

Il-President Serb jgħid li s-Serbja mhix se torganizza l-EuroPride 22

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Serb Aleksandar Vucic qal li l-praparamenti għall-EuroPride ta’ Settembru f’Belgrad mhux se jkomplu.

Vucic ħabbar dan wara li eluf ta’ nies imxew bi protesta kontra l-avveniment aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-President qal li ma kienx kuntent bid-deċiżjoni, iżda li s-Serbja kellha tikkonċentra fuq kwistjonijiet oħra, inkluż l-inkwiet fil-Kosovo.

L-organizzaturi tal-attività qalu li l-parata se tkompli xorta waħda anke jekk dan iseħħ b’mod illegali. Il-parata internazzjonali tal-LGBT pride ġiet ospitata fi bliet Ewropej differenti sa mill-1992.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Sur Vucic qal li l-avveniment ta’ din is-sena – skedat li jsir bejn it-12 u t-18 ta’ Settembru – se jkun “pospost jew ikkanċellat” minħabba “tensjonijiet riċenti mal-Kosovo”, kif ukoll kwistjonijiet dwar l-enerġija u l-ikel.

Aktar kmieni dan ix-xahar eluf ta’ persuni mxew fi protesta kontra l-EuroPride bi kliem bħalma huwa “biex nipproteġu l-familja” u “ara ma tersqux lejn uliedna”.

Fl-2010, dimostranti kontra l-omosesswali spiċċaw involuti f’argumenti vjolenti mal-pulizija fi sforz biex ifixklu marċ tal-Gay Pride f’Belgrad. Il-marċ irritorna erba’ snin wara b’sigurtà kbira.

Sport