Thursday, December 26, 2024

Jinġabru mal-€25,000 b’risq it-tewmin Len u Jacob

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-tewmin Len u Jacob ibagħtu minn Infantile Refsume Disease magħrufa bħala ‘Zwellinger’, liema kundizzjoni tirrikjedi li jsiru ħafna tipi differenti ta’ terapiji, li l-ispejjeż tagħhom mhumiex ftit. Minħabba din ir-raġuni, Alison u Brian, il-ġenituri tat-tewmin iddeċidew li jniedu l-Len and Jacob Fund, sabiex ikunu jistgħu jiġbru fondi mill-pubbliku.

Fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, Len andJacob Fund, għadhom kemm ħabbru li nġabru s-somma sabiħa ta’ €25,000, bil-flus li nġabru minn ġirja u għawma li saret aktar kmieni fix-xahar ta’ Ottubru, flimkien ma’ diversi donazzjonijiet mogħtija mill-pubbliku nġenerali.

F’kumment li kien ta lil dan is-sit, il-missier Bran Galea, huwa qal li bl-istess donazzjonjet li rċivew, il-ġenituri se jagħmlu investiment fid-dar billi jinstallaw lift fid-dar tagħhom, li se jkun utli immens minħabba l-mobilita’ ta’ uliedu.

Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni fuq dawn; IBAN: MT04 VALL 2201 3000 0000 5001 4493 242 , GoFundMe: https://www.gofundme.com/f/len-jacob-wellness-fund u Revolut or BOV mobile: 99875178

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook: Len and Jacob Wellness Fund.

Ekonomija

Sport