Wednesday, February 5, 2025

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wettaq serq minn spiżeriji

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena residenti l-Belt tressaq il-Qorti mixli li f’temp ta’ ftit jiem fil-bidu ta’ Jannar wettaq serq minn spiżeriji u bankarelli fil-kapitali.

Fil-Qorti preseduta mill-Maġistrat Anne Marie Thake, l-akkużat Francis Grech, kien mixli b’serq ta’ mobile u fwejjaħ minn żewġ spiżeriji fi Triq ir-Repubblika u oġġetti oħrajn mill-bankarelli li kienu armati f’Fairyland fi żmien il-Milied.

Quddiem il-Maġistrat Thake, Grech wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża tispjega li wara li Grech skonta sentenza ta’ ħaxar snin priġunerija, sab kont ta’ dawl u l-ilma li jammonta għal xejn inqas minn €16,000.

Il-Maġistrat Thake laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jsegwi ordni ta’ trattament għall-vizzju tad-droga u jagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €1,000.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport