Monday, May 13, 2024

Jingħataw xogħol fil-komunità wara li nstabu ħatja fuq qerq ta’ benefiċċji soċjali 

Aqra wkoll

Tlett irġiel u mara ngħataw sentenza sospiża flmkien ma’ xogħol fil-komunità, wara li ammettew li ħadu bejniethom b’€56,070 f’benefiċċji soċjali b’qerq. 

Huma tressqu quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn kienu akkużati li ffrodaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern Malti.

Justin Bonnici, ta’ 40 sena, ammetta li bejn Jannar 2020 u Ottubru tas-sena li għaddiet, ħa €4,157 f’benefiċċji li ma kienx ħaqqu u kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal sentejn.

Catherine Caruana, ta’ 56 sena, ammettiet li bejn Jannar 2020 u Lulju tal- ħadet b’€20,993 f’benefiċċji b’qerq u kienet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal  sentejn u seba’ xhur 

Simon Chetcuti, ta’ 54 sena, ammetta li bejn Jannar 2020 u Ottubru 2023 ħa €16,534 f’benefiċċji soċjali mhux dovuti u kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal 40 xahar.

Dylan Spiteri, ta’ 30 sena, ammetta li bejn Marzu 2021 u Settembru 2023 ħa €14,386 f’benefiċċji mhux dovuti u kien ordnat jagħmel 480 siegħa xogħol fil-komunità wara li ħallas lura s-somma kollha.

Il-prosekuzzjoni f’dawn il-każijiet tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg, Andy Rotin u Keith Caruana Darmanin.

Sport