Raġel ta’ 34 sena residenti Brmla ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb li hu ħati ta’ akkużi relatati ma’ serq miinn dar fl-Isla.
Bjorn Brown, ġie mixli li wettaq dan is-serq nhar is-Sibt li għadda filgħaxija. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kurt Farrugia sostniet li l-akkużat għandu jingħata sentenza sospiża minħabba li għandu problema tad-droga.
L-avukata tal-għajnuna legali legali qablet ma’ dak li qalet il-Prosekuzzjoni u li l-imputat kien ikkopera mal-Pulizija mill-bidu.
Il-Maġistrat Elaine Rizzo, tat il-ħelsien mill-arrest lil Brown, taħt diversi kundizzjonijiet fosthom ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ sentejn minħabba l-problema ta’ droga illi għandu.