Wednesday, April 24, 2024

Jinkalja jott fuq il-blat f’Pembroke kaġun tal-maltemp

Aqra wkoll

Il-gżejjer Maltin kienu milqutin minn maltemp qawwi fl-aħħar sigħat, b’bosta jkunu dawk li jippubblikaw fuq il-midja soċjali ritratti tal-ħerba li għamel.

Intant qarrej tagħna ġibdilna l-attenzjoni għal sitwazzjoni li nħolqot kaġun tal-maltemp. Dan hekk kif jott inkalja mal-blat f’Pembroke

Fuq il-post issejħet ambulanza u anke marru membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Madanakollu f’dan l-istadju għadu mhux magħruf jekk weġġgħux xi nies.

It-temp ikrah mistenni li jkompli jippersisti sa nhar it-Tlieta li ġej.

Ritratt: Walter Sargent

Sport