Sunday, November 24, 2024

Jinqered għal kollox impjant tal-enerġija fl-Ukrajna kawża ta’ attakk mir-Russi

Aqra wkoll

L-impjant tal-enerġija termali ta’ Trypilska, li tinsab ftit il-barra mill-kapitali tal-Ukrajna nqered għal kollox. Dan wara li seħħ attakk mir-Russi, liema attakk ġie ikkonfermat minn diversi siti ta’ midja internazzjonali.

Iċ-Chairman tal-impjant tal-enerġija, Andriy Hota qal li nhar il-Ħamis, l-impjant inħakem minn nirien enormi, speċjalment fil-kamra tat-turbini tal-impjant. F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, sostna li minkejja li waqt l-attakk kien hemm xi ħaddiema, ikkonferma li ħadd ma’ weġġa’.

Qed jiġi rrapurtat ukoll li kawża ta’ dan l-attakk mir-Russi, kien hemm minn tal-inqas 200,000 persuna li jgħixu fil-viċinanzi, li kawża tal-attakk spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku

Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet Ukreni qalu li l-attakk kien immirat lejn faċilitajiet tal-infrastruttura tal-enerġija f’ħames reġjuni.

Sport