Saturday, May 4, 2024

L-Istati Uniti tillimita l-ivvjaġġar għall-impjegati fl-Iżrael minħabba l-biża’ ta’ attakk tal-Iran

Aqra wkoll

L-Istati Uniti llimitat l-ivvjaġġar għall-impjegati tagħha fl-Iżrael fost il-biża’ ta’ attakk mill-Iran. L-ambaxxata tal-Istati Uniti qalet ġew avżati sabiex ma jivvjaġġawx barra l-akbar żoni ta’ Ġerusalemm, Tel Aviv jew Beersheba.

Is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit Lord Cameron għamel kuntatt mal-kontroparti Iranjan bil-għan li jintlaħaq ftehim u l-ġlied jonqos. Waqt li kien qed jitkellem nhar l-Erbgħa, il-President Amerikan Joe Biden wissa li l-Iran kien qed jhedded li se jwettaq attakk sinifikanti.

Il-kmandant responsabbli mill-operazzjonijiet tal-Istati Uniti fil-Lvant Nofsani, Erik Kurilla, vvjaġġa lejn l-Iżrael għal taħditiet ma’ uffiċjali dwar it-theddid b’rabta mas-sigurtà.

Il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan Yoav Gallant qal li kwalunkwe attakk dirett Iranjan fuq territorju Iżraeljan jeħtieġ rispons xieraq Iżraeljan kontra l-Iran. Mistoqsi dwar ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar, il-kelliem tad-dipartiment tal-istat Matthew Miller qal li mhu se jiżvela xejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport