Tuesday, December 24, 2024

Jinstab lott ieħor ta’ fajls sensittivi f’residenza oħra ta’ Joe Biden

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-assistenti tal-President Amerikan Joe Biden sabu t-tieni lott ta’ fajls sensittivi f’residenza oħra tiegħu. L-ewwel sett ta’ fajls instabu fl-uffiċju privat f’Washington DC, li Joe Biden uża wara l-Viċi Presidenza tiegħu. L-investigatazzjonijiet dwar dan il-każ jinsabu f’idejn id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti.

L-Eks President Donald Trump qiegħed ukoll jaffaċċja investigazzjoni kriminali minħabba allegat immaniġġjar ħażin ta’ dokumenti.

S’issa l-White House għadha ma tat l-ebda kumment dwar dawn il-fajls li qegħdin jinstabu. Karine Jean-Pierre, wieħed mill-kelliema ta’ Joe Biden, irrifjutat li twieġeb mistoqsijiet dwar l-ewwel sett ta’ fajls misjubin mill-FBI.

Il-kumitat qed iniedi inkjesti fuq il-President u l-familja tiegħu, inkluża talba għall-White House biex tgħaddi dokumenti u komunikazzjonijiet relatati mad-dokumenti misjuba. Il-liġi tirrikjedi li r-rekords kollha tal-White House, inklużi tali dokumenti sensittivi, jiġu mgħoddija lill-Arkivji Nazzjonali tal-Istati Uniti wara ż-żmien ta’ amministrazzjoni fil-kariga.

Ekonomija

Sport