Tuesday, December 24, 2024

Jinstabu iktar dokumenti sigrieti… din id-darba tal-eks Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-ġimgħa l-oħra fid-dar tal-eks Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence f’Indiana, instabu dokumenti kklassifikati. Kienu rappreżentanti ta’ Pence stess li bagħtu ittra lill-Arkiviji Nazzjonali, fejn infurmawhom li Pence għandu dawn id-dokumenti. L-Arkivji Nazzjonali infurmaw lil FBI u dawn marru d-dar tal-eks Viċi President biex jiġbru d-dokumenti.

L-auvkat ta’ Mike Pence f’ittra maqsuma mal-midja Amerikana, spejga li dawn id-dokumenti klassifikati ġew trasportati f’kaxxa fid-dar ta’ Pence, fi tmiem il-presidenza ta’ Donald Trump, l-eks president tal-Amerika.

Sa issa mill-investigazzjonijiet li qed isiru, ħareġ li dawn id-dokumenti primarjament instabu wara li Pence talab l-għajnuna sabiex jiġu rranġati d-dokumenti. Dan kollu seħħ wara li ġie ppublikat li nstabu dokumenti b’marki klassifikati fir-residenza ta’ Wilmington tal-President Joe Biden.

Għal din ir-raġuni, id-dokumenti li nstabu fid-dar tal-eks viċi president ma’ kienux l-ewwel dokumenti klassifikati li nstabu. L-ewwel dokumenti mhux klassifikati instabu fiċ-Ċentru magħrufa bħala Penn Biden f’Washington tal-President Joe Biden. Jumejn wara li instabu l-ewwel lott ta’ dokumenti, l-assistenti tal-President Joe Biden sabu t-tieni lott ta’ fajls sensittivi f’residenza oħra ta’ Biden.

L-Eks President Donald Trump qiegħed ukoll jaffaċċja investigazzjoni kriminali minħabba allegat immaniġġjar ħażin ta’ dokumenti. Min-naħa tagħha l-White House qed titħabat biex tlaħħaq mal-kontroversja dwar id-dokumenti klassifikati u biex tidentifika lill-President Joe Biden u tneħħi lill-eks President Donald Trump mid-drama tiegħu stess dwar ir-rekords sigrieti.

Skont l-Att dwar ir-Rekords Presidenzjali , dokumenti tal-White House għandhom imorru l-Arkiviji Nazzjonali malli tintemm l-amministrazzjoni. Dawn ir-regoli qegħdin hemmhekk sabiex id-dokumenti kollha jkunu siġuri.

Ekonomija

Sport