Tuesday, May 14, 2024

Jintlaħaq ftehim storiku dwar il-protezzjoni tal-oċeani ta’ madwar id-dinja

Aqra wkoll

Intlaħaq qbil bejn in-nazzjonijiet meqjus bħala wieħed storiku bil-għan li jkunu protetti l-oċeani ta’ madwar id-dinja wara 10 snin ta’ negozjati.

It-Trattat tal-Ibħra Internazzjonali jpoġġi 30% tal-ibħra f’żoni protetti sal-2030 bil-għan li jissalvagwardja u jirkupra n-natura tal-baħar. 

Il-ftehim intlaħaq is-Sibt filgħaxija, wara 38 siegħa ta’ taħditiet, fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

In-negozjati kienu ilhom jinżammu snin sħaħ minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-finanzjament u d-drittijiet tas-sajd.

L-aħħar ftehim internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-oċeani ġie ffirmat 40 sena ilu, fl-1982. Dak il-ftehim kien stabbilixxa żona msejħa “high seas” – l-ibħra internazzjonali fejn il-pajjiżi kollha għandhom dritt jistadu, ibaħħru u jagħmlu r-riċerka – iżda 1.2% biss ta’ dawn l-ilmijiet kienu protetti.

Sport