Friday, November 15, 2024

Jinżamm arrestat wara li kien mixli li wettaq żewġ serqiet

Aqra wkoll

Raġel ta’ 23 residenti l-Belt Valletta nżamm arrestat hekk kif tressaq il-Qorti akkużat li f’temp ta’ jumejn wettaq żewġ serqiet. Fil-Qorti instema’ kif l-ewwel serqa seħħet fis-7 ta’ Marzu għall-ħabta tal-5.15p.m meta l-pulizija ġiet infurmata li l-akkużat flimkien ma’ persuna oħra wettaq serqa minn lukanda fi Triq Sant’Orsla fil-Belt Valletta. 

Intqal mill-Prosekuzzjoni li fid-9 ta’ Marzu, jiġifieri jumejn wara għall-ħabta tat-8:15 p.m il-pulizija ġiet infurmata li matul il-lejl ta’ qabel seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Merkanti. Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni spjegat li huma waslu għall-akkużat ta’ 23 sena u raġel ieħor ta’ 31 sena minn filmati tac-CCTV.  Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat li l-akkużat għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest, bir-raġuni li r-raġel huwa bla impjieg u li ma kellux indirizz fiss. 

Dan filwaqt li d-difiża sostniet li jekk l-imputat jingħata l-ħelsien mill-arrest, dan għandu indirizz fiss fejn joqgħod. Intqal li minkejja li l-Prosekuzzjoni rrimarkat li kien hemm sentenza oħra relatata ma’ serqa fl-2017, dan m’għandux jinżamm arrestat minħabba li għandu sentenza oħra relatat ma’ serq.Dan filwaqt, li min-naħa tiegħu l-akkużat wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. 

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marseann Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat u għaldaqstant inżamm taħt arrest

Ekonomija

Sport