Thursday, December 26, 2024

Jinżamm arrestat wara li nstab rieqed fuq għexieren ta’ briks ta’ kokaina fil-Brażil

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena qed jinżamm arrestat mill-Pulizija Brażiljana hekk kif l-istess individwu, li aktarx hu negozjant tad-droga, instab rieqed fuq 100 briksa kokaina.

Huwa ġie arrestat fl-inħawi ta’ Sitio Conceicaozinha, fid-distrett ta’ Vicente de Carvalho, f’Guaruja. Appena seħħ l-arrest, id-droga ittieħdet fl-għassa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li s-saqqu li kien qed jorqod fuqu r-raġel kien mimli briks tal-kokaina, b’ammont totali ta’ madwar 113-il kilogramma. Skont il-Pulizija tal-lokal, fl-istess post li kien jgħix fih ir-raġel instab radju li x’aktarx kien jintuża mir-raġel sabiex jikkomunika man-negozjanti tad-droga.

Din mhijiex l-ewwel darba li l-Pulizija Brażiljana arrestat persuni b’dawn l-ammonti kbar ta’ droga. Infatti, riċentament, f’każ separat, il-Pulizija rnexxielha tinterċetta madwar 22kg kokaina f’bottijiet tal-ikel li kienu ser jiġi ttrasferiti, bil-valur tagħhom stmat li jlaħħaq madwar £1.75 miljun.

Ekonomija

Sport