Sunday, December 22, 2024

Jinżammu arrestati fuq akkużi relatati ma’ pussess u traffikar ta’ droga kokaina u eroina

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena u mara ta’ 30 sena, it-tnejn residenti l-Ħamrun inżammu arrestati, wara li tressqu il-Qorti akkkużati b’pussess u bi traffikar ta’ droga kokaina, eroina u pilloli extacy.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u John Leigh Howard, spjegat li l-Pulizija kellha informazzjoni li fir-residenza taż-żewġ akkkużati, li kienu koppja, allegatament kien qed iseħħ traffikar ta’droga.

Immedjatament il-Pulizija bdiet tagħmel l-osservazzjoni meħtieġa u darba minnhom qabdu fil-fatt lill-akkużata tagħmel dan. L-Ispettur Mercieca spjega li darba minnhom l-akkużata ħarġet fil-gallarija u waddbet borża lil raġel li waqqaf il-vettura tiegħu eżatt taħt il-gallarija.

Ġie spjegat ukoll li l-Pulziija segwew l-istess karozza u meta rnexxielhom iwaqqfuha, irriżulta li s-sewwieq kien l-akkużat li kien jgħix fl-istess residenza mal-mara. Minn tfittxija illi saret fil-vettura, instab li kien hemm pakkkett suspettat droga eroina.

Minn tfittxija illi saret fir-residenza tal-koppja, irriżulta li kien hemm ammont sostanzjali ta’ droga, inkluż kokaina u pilloli tal-extacy. Fir-residenza instabu wkoll ammont sostanzjali ta’ flus u ħafna mowbajls differenti.

Fil-Qorti, iż-żewġ akkużati wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, bid-Difiża mmexxija mill-avukat difensur, Franco Debono, tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġie oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni. .

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet it-talba fil-konfront taż-żewġ akkużat, bir-raġuni li għad fadal żewġ persuni li jridu jixhdu fil-Qorti u minħabba li l-Qorti nnifisha mhix sodisfatta li m’hemmx biża

Ekonomija

Sport