Sunday, December 22, 2024

Jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li serqu chokers tad-deheb

Aqra wkoll

Żewġ żgħażagħ, wieħed ta’ 16-il sena u l-ieħor ta’ 18-il sena inżammu arrestati, wara li tressqu il-Qorti mixlija li wettqu serqa, li jinkludu xi chockers minn stabbiliment.

Fiil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li s-serqa miż-żewġ żgħażagħ seħħet fiil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda fi stabbiliment tad-divertiment.

Ingħad li l-akkużatii ġew miżmuma minn pulizija pajzana u minn uffiċjali tal-RIU. Dan wara li b’kollox kien hemm madwar għaxar persuni kkonfermaw li raw lill-akkużati jisirqu

Quddiem il-Maġistrat Nadia-Helena Vella, huma wieġbu mhumiex ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Il-Maġistrat Vella ordnat sabiex it-tnejn li huma jibqgħu miżmuma taħt arrest.

Ekonomija

Sport