Sunday, November 24, 2024

Jinżlu għal 925 dawk jirreġistraw għax-xogħol

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’Lulju li għadda, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien dak ta’ 925, li jfisser tnaqqis ta’ 617 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Ċifri provduti minn Jobsplus għal Lulju juru li kien hemm tnaqqis ta’ 580 persuna jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 37 oħra jirreġistraw taħt Part 2. 

It-tnaqqis fil-livelli tal-qgħad kien irreġistrat fil-gruppi kollha ta’ etajiet, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. 

L-istatistika turi li naqsu dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa u dawk li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa. Dan filwaqt li l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fost dawk li kien ilhom ifittxu xogħol għal aktar minn sena. 

In-numru ta’ persuni b’diżabilità jfittxu xogħol naqsu b’33 fuq Lulju 2021 biex laħaq il-225.

Sport