Monday, April 22, 2024

Jipprotestaw fil-belt għax ma jridux aktar karozzini

Aqra wkoll

L-Animal Liberation Malta dalgħodu għamlu marċ ta’ protesta fejn talbu li jiġu projbiti l-karozzini.

L-attivitsti qegħdin jgħidu li din mhix tradizzjoni u għalhekk dawn għandhom jitwaqqfu b’mod immedjat milli jitħallew joperaw fil-pajjiż.

Hu qegħdin jargumentaw li fid-dinja tal-lum fejn hawn daqshekk karozzi ma baqax bżonn dan it-tip ta’ trasport u qegħdin iservu biss bħala attrazzjoni għat-turisti.

“Hemm mewġa globali kontra l-karozzino b’aktar u aktar bliet madwar id-dinja jieħdu l-passi biex iwaqqfu din il-prattika,” li skont l-attivisi hija waħda krudili.

Hemm mewga globali kontra l-karozzini b’aktar u aktar bliet madwar id-dinja jieħdu l-pass biex Montreal (Kanada), Barċellona, Praga, Melbourne, Chicago, Salt Lake City u Palma de Mallorca.

Huma sostnew li l-kunsill tal-belt Spanjola ta’ Palma de Mallorca, gżira Mediterranja li hija wkoll dipendenti ħafna mit-turiżmu, ħabbret projbizzjoni fuq il-karrozzini li se tidħol fis-seħħ fl-2024. L-intenzjoni tagħhom hija li l-karrozzini kollha miġbuda taż-żwiemel jiġu sostitwiti b’karozzini elettriċi.

Sport