Sunday, December 22, 2024

Jipprotestaw fil-Belt kontra l-miżuri u l-vaċċin tal-Covid-19

Aqra wkoll

Ritratti: Roger Azzopardi

Għal darb’oħra diversi persuni marru l-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra l-miżuri u l-vaċċin tal-Covid-19.

Ġew osservati diversi kartelluni fosthom dak tal-grupp innifsu li jismu “ABBA” fejn fih kien hemm miktub “Le għad-diskriminazzjoni u abbuż, Iva għal-libertà tal-kuxjenza, Iva għal moviment liberu, Iva għal trattament ugwali.”

Huma għamlu referenza għal dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela meta qal li l-maġġoranza tal-każijiet tal-Covid-19 huma ta’ dawk li ma ħadux il-vaċċin. Għal din il-frażi, in-nies li ħarġu jipprotestaw urew id-diżapprovazzjoni qawwija tagħhom.

Huma wkoll talbu biex il-Prim Ministru jkeċċi immedjatament lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci.

Din mhix l-ewwel darba li grupp ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fil-Belt Valletta kontra r-restrizzjonijiet u għax ma jridux jitlaqqmu bil-vaċċin kontra l-Covid-19 hekk kif protesta simili seħħet fl-24 ta’ Lulju. 

Fiż-żewġ okkażjonijiet kien hemm pulizija bil-bodycams biex ikunu jistgħu jiġbru l-filmati biex, f’każ li tinkiser il-liġi, tkun tista’ tittieħed azzjoni.

Ekonomija

Sport