Saturday, December 21, 2024

Jissoktaw ix-xogħlijiet fil-proġett tal-junction ta’ Pembroke

… appell biex jintużaw rotot alternattivi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Infrastructure Malta tat aġġornament dwar il-proġett li għaddej fi Triq Sant Andrija u l-junction ta’ Pembroke. Ix-xogħol f’din l-arterja prinċipali beda lejn l-aħħar ta’ Ġunju li għadda, bil-fażi inizjali kienet tinkludi x-xogħlijiet fil-ġnub tat-triq, fejn l-impatt fuq l-influss tat-traffiku kien wieħed minimu. 

Dan il-proġett issa daħal fit-tieni fażi tiegħu li mistenni jitlesta sa Frar. Fost l-oħrajn qed jinbnew junctions sabiex jiġu eliminati d-dwal tat-traffiku. Infrastructure Malta qiegħda tappella biex dawk li jivvjaġġaw mit-Tramuntana għan-Nofsinhar ta’ Malta jevitaw iż-żona, speċjalment fil-ħin ta’ filgħodu u jużaw rotot alternattivi bħalma huma t-Telgħa t’Alla u Ommu u Burmarrad. Dawn li sejrin lejn in-naħa tat-Tramuntana għandhom ukoll ifittxu li jużaw rotot alternattivi.

Ekonomija

Sport