Wednesday, October 9, 2024

Tiżdied l-attivita kummerċjali fix-xahar ta’ Settembru

Aqra wkoll

Ir-rata tat-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali f’Settembru li għadda kibret marġinalment u kienet f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika. Dan irriżulta mill-Aġġornament Ekonomiku ta’ Ottubru 2023 publikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Fl-istess xahar ta’ Settembru, l-indikatur tal-fiduċja ekonomika tal-Kummissjoni Ewropea laħaq l-ogħla livell, u kien ferm ogħla mill-medja storika tiegħu. B’kuntrast ma’ dan, l-aspettattivi dwar l-impjiegi naqsu meta mqabbla ma’ xahar qabel u kienu taħt il-medja storika. 

Il-Bank Ċentrali jsemmi wkoll li l-aspettattivi tal-prezzijiet naqsu fis-setturi kollha ħlief fis-settur tal-kostruzzjoni iżda baqgħu ’l fuq mill-medja fis-setturi kollha, ħlief għall-konsumaturi u fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

L-indikaturi tal-attività ekonomika komplew jindikaw tkabbir, filwaqt li l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol f’Awwissu baqgħu favorevoli.

Il-permessi maħruġa għal bini residenzjali żdiedu f’Awwissu meta mqabbla mal-livelli ta’ xahar ta’ qabel iżda naqsu f’termini annwali. F’Settembru, in-numru ta’ konvenji tela’ sena fuq sena, filwaqt li naqas in-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ. 

F但wwissu, għall-ewwel darba mill-2011, id-depożiti tal-Maltin naqsu meta kumpar ma tas-sena l-oħra, l-aktar minħabba tnaqqis fil-bilanċżiti miżmuma minn intermedjarji finanzjarji. Sadattant, it-tkabbir annwali fil-kreditu lir-residenti f樽alta żdied b池ata annwali inqas mgħaġġla. 

F’Settembru wkoll, ir-rata annwali tal-inflazzjoni bbażata fuq l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) niżlet għal 4.9%, filwaqt li r-rata bbażata fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI) telgħet marġinalment għal 4.1%.

F’Awwissu, il-Fond Konsolidat irreġistra surplus ikbar meta mqabbel ma’ sena qabel.

Sport