Saturday, June 6, 2026

L-MDA imnikkta bil-mewt ta’ Jonathan Cardona

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżvilupp  fi stqarrija qalet li tinsab imnikkta bil-mewt ta’ Jonathan Cardona.

L-MDA spjegat li matul il-karriera tiegħu fis-servizz pubbliku, Cardona kien jaħdem f’numru ta’ pożizzjonijiet ta’ tmexxija għolja u ħadem mill-qrib ma’ partijiet interessati minn diversi setturi, inkluż mal-industrija tal-proprjetà u l-iżvilupp. 

Ingħad li l-impenn tiegħu għad-djalogu, l-aċċessibbiltà tiegħu u r-rieda tiegħu li jinvolvi ruħu b’mod kostruttiv fuq kwistjonijiet ta’ importanza nazzjonali kien juri kemm kien bniedem rispettuż u li bosta kellhom l-opportunità li jaħdmu miegħu.

L-MDA wasslet il-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familja, ħbieb u maħbubin ta’ Jonathan matul dan iż-żmien diffiċli. Huma wasslu wkoll is-simpatiji tagħna lill-kollegi tiegħu, kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent, li qasmu l-vjaġġ professjonali tiegħu u raw id-dedikazzjoni f’xogħolu. 

Fl-istess stqarija, l-MDA qalet; “F’mumenti bħal dawn, id-differenzi fl-opinjonijiet għandhom jitwarrbu hekk kif nirriflettu fuq il-kwalitajiet umani li jiddefinixxu lil Jonathan. Huwa se jibqa’ mfakkar minn bosta għall-kontribut tiegħu fl-amministrazzjoni pubblika u għar-relazzjonijiet li bena fil-komunitajiet istituzzjonali u kummerċjali ta’ Malta”.

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżvilupp tingħaqad man-nazzjon fin-niket għat-telfa tiegħu u tagħtih ġieħ għas-snin fejn ta’ servizz. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport