Iċ-ċertifikati pożittivi jibqgħu ġejjin.” Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela f’kitba fuq X b’reazzjoni għall-istatistika maħruġa mill-Eurostat li kkonfermat li t-tkabbir tal-PDG ta’ Malta fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kien ta’ 4.3%.
Dr Abela qal: “Għal darba oħra Malta ‘best in class’. Nikbru b’rata 14-il darba tal-medja taż-żona tal-ewro. Il-politiki progressivi huma l-aqwa riċetta ekonomika.”
Minn dak li kien ippublikat mill-Eurostat ħareġ li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, pajjiżna għal darba oħra kien “best in class”. Din id-darba kien imiss li Malta tiġi l-ewwel fejn jirrigwardja r-rata ta’ tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro.
Midja lokali rrapurtat li dan huwa l-14-il darba aktar mill-medja tat-tkabbir osservat madwar iż-Żona Ewro, fejn ir-rata ta’ tkabbir niżlet għal 0.3%. Dan kien dovut għad-daqqa kbira li laqqtu familji u negozji Ewropej, minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fuel u tal-elettriku. Dan qed iwassal għal tbatija kbira u telf ta’ xogħol.


