Sunday, December 22, 2024

Jistaqsi għalfejn L-Oppożizzjoni qiegħda tattakka lill-Prim Imħallef Emeritu Azzopardi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi staqsa għalfejn l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda ġġib ruħha b’dan il-mod u għalfejn sar attakk spjetat fil-konfront tal-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi.

Huwa qal li saru kummenti totalment inaċċettabli, bħal meta ftit tas-seduti ilu wieħed mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Robert Abela nnomina lil din il-persuna għax ma jqattax blat. “Hekk nitkellmu fuq eks Prim Imħallef? Fuq persuna b’kariga kostituzzjonali b’tant żelu u b’tant sens ta’ dmir lejn l-istat u l-kariga?”

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu f’dibattiti bħal dawn għax meta wieħed jattakka persuni li servew b’mod tajjeb f’karigi kostituzzjonali hemm barra jkun qed jintbagħat messaġġ ta’ nuqqas ta’ rispett lejn l-istituzzjonijiet.

“Żgur li dak mhuwiex il-messaġġ li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet. L-istituzzjonijiet l-ewwel u qabel kollox jiġu msaħħa, inkluż aħna fid-dibattiti tagħna, meta nitkellmu b’sens ta’ rispett. 

“Irridu noqogħdu attenti li ma nibagħtux messaġġi żbaljati. L-istituzzjonijiet nagħtuhom rispett billi noqogħdu attenti kif nindirizzawhom. Ċertu dikjarazzjonijiet huma għalkollox inaċċettabbli, żejda, mhumiex f’posthom,” tenna l-Ministru Zrinzo Azzopardi.

“L-appell tiegħi huwa wieħed. Jekk aħna bħala Parlament iridu nibagħtu messaġġ li għandna rispett lejn l-istituzzjonjijiet l-oħra, inkluż dawk li għandhom ix-xogħol li jagħmlu skrutinju tax-xogħol tagħna rridu nitkellmu b’mod rispettuż u dinjituż fil-konfront kemm ta’ min jista’ jkun qed jerfa’ dawn il-karigi jew kwalunkwe persuna li b’xi mod jew ieħor waslet li terfa’ dik il-kariga.”

Ekonomija

Sport