Il-Federazzjoni Maltija Għall-Motorsport flimkien ma’ Island Karting Club u Karting Club Malta, ħabbret ir-rebbieħa tad-diversi klassijiet fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting għal din is-sena. Il-Kampjonat ta’ ħames rounds ġie organizzat fit-trakka La Reve f’Ħal Far.
- Ayrton Tonna rebaħ l-Entry Level Class
- Mason Barun rebaħ il-Klassi Mini 60cc

- Daniel Abela rebaħ il-Klassi Mini 60cc GR3

- Zane Pace rebaħ il-Rotax Micro Class

- Morgan Tyler Zammit Azzopardi rebaħ il-Iame X30 Mini Class

- Iame X30 Junior Class intrebħet minn Kian Gauci

- Kyle Mercieca rebaħ il-Iame X30 Senior Class

- Kenneth Vella rebaħ il-Iame X30 Masters Class

- Owen Mangion rebaħ il-Rotax Max Class

- Lucas Pace rebaħ il-Vortex Senior Class

- Neville Zammit rebaħ il-Vortex Masters Class
