Il-Federazzjoni Maltija Għall-Motorsport flimkien ma’ Island Karting Club u Karting Club Malta, ħabbret ir-rebbieħa tad-diversi klassijiet fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting għal din is-sena. Il-Kampjonat ta’ ħames rounds ġie organizzat fit-trakka La Reve f’Ħal Far.
Ir-rebbieħa kollha kienu:
Ayrton Tonna – l-Entry Level Class
Mason Barun – il-Klassi Mini 60cc
Daniel Abela – il-Klassi Mini 60cc GR3
Zane Pace – il-Rotax Micro Class
Morgan Tyler Zammit Azzopardi – il-Iame X30 Mini Class
Iame X30 Junior Class intrebħet minn Kian Gauci
Kyle Mercieca – il-Iame X30 Senior Class
Kenneth Vella – il-Iame X30 Masters Class
Owen Mangion – il-Rotax Max Class
Lucas Pace – il-Vortex Senior Class, u
Neville Zammit – il-Vortex Masters Class