Wednesday, April 24, 2024

Ethan Nwaneri segwit minn Manchester United u Chelsea

Aqra wkoll

Manchester United u Chelsea huma fost il-clubs li qed ifittxu li jiffirmaw lill-palyer li għamel l-istorja ta’ Arsenal, Ethan Nwaneri.

Il-midfielder li twieled fl-2007 sar l-iżgħar player fl-istorja tal-Premier League meta daħal bħala sostitut kontra Brentford ta’ 15-il sena u 181 jum biss.

Nwaneri kiser ir-rekord preċedenti li kellu Harvey Elliott, li għamel id-debutt tiegħu fl-ogħla livell ma’ Fulham fl-età ta’ 16-il sena u 30 jum, meta ħa post Fabio Vieira, fl- injury time tat-tieni taqsima, bil-Gunners joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0.

Sport