Il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir organizza t-tieni edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards, li jirrikonoxxu inizjattivi u proġetti konkreti favur l-iżvilupp sostenibbli f’Malta.
Organizzati mid-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il-Ministeru, dawn il-premjijiet jagħtu rikonoxximent lil individwi, organizzazzjonijiet volontarji, entitajiet pubbliċi, ġurnalisti, żgħażagħ, skejjel, akkademiċi u negozji li, permezz tal-ħidma u l-inizjattivi tagħhom, qed jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali ta’ pajjiżna.
Il-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, qalet li, “l-iżvilupp sostenibbli huwa investiment fil-kwalità tal-ħajja tal-lum u tal-ġenerazzjonijiet futuri. Permezz ta’ dawn il-premjijiet qed inħeġġu aktar inizjattivi, parteċipazzjoni u kollaborazzjoni bejn is-setturi differenti, biex flimkien inkomplu nsaħħu s-sostenibbiltà ta’ pajjiżna.”
Id-Direttur Ġenerali għall-Iżvilupp Sostenibbli, Francine Pace Caruana, qalet li din it-tieni edizzjoni tkompli tibni fuq is-suċċess tas-sena li għaddiet u tagħti viżibbiltà u rikonoxximent lill-inizjattivi li qed jikkontribwixxu b’mod konkret għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli.
Dawn il-premjijiet ġew appoġġati wkoll mill-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), Xjenza Malta, kif ukoll minn Aġenzija Żgħażagħ.
Ir-rebbieħa tas-Sustainable Development Action Awards 2026 huma:
ESG Positive Impact Award
MedservRegis
Research and Innovation Award
Dawl AI Lab
Sustainable School Award
SNC Anton Agius, Rabat Primary School
Environment Award
BirdLife Malta
Sustainability in Journalism Award
James Debono
Community Impact Award
Women for Women Foundation
Public Service Award
Ambjent Malta
Youth Impact Award
Jacob Cachia
Għal aktar informazzjoni, żur sustainabledevelopment.gov.mt jew segwi Sustainable Development Malta u Sostenibilità fuq il-midja soċjali.
