Thursday, April 25, 2024

Jitilgħu l-poloz tal-Kampjonat Ewropew Under 17

Aqra wkoll

Il-poloz tal-kwalifikazzjoni tal-Euro ta’ Taħt is-17-il sena tal-UEFA 2022/23 jikkonsistu minn 13-il grupp li se jintlagħbu fis-sajf jew fil-ħarifa li ġejjin, u b’hekk tibda t-triq lejn l-Ungerija.

Malta se tilgħab fi Grupp 4 flimkien mal-Iskozja, ir-Repubblika Ċeka u l-Irlanda ta’ Fuq.

L-aqwa żewġ timijiet f’kull grupp jin­għaqdu mal-aqwa żewġ timijiet issidjati, l-Olanda u Spanja, fir-round elite fir-rebbiegħa tal-2023 flimkien mal-erba’ timijiet li jtemmu fit-tielet post bl-aħjar rekords kontra l-aqwa tnejn fil-grupp tagħhom.

L-organizzaturi Ungerija jikkwalifikaw awtomatikament għat-tournament finali f’Mejju 2023.

Sport