Friday, September 13, 2024

Jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ Alexis MacAllister

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Liverpool u anke tat-tim nazzjonali Arġentin jinsabu rashom mistrieħa li l-kundizzjoni fiżika ta’ Alexis MacAllister tjiebet mhux ftit wara li fil-jiem li għaddew kellu problema f’siequ. Il-plejer tar-Reds saħansitra vjaġġa mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu għal-logħba li għandhom kontra l-Kolombja għalkemm mhux mistenni jkun inkluż f’din il-partita.

MacAllister għandu 25 sena u ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2023 fejn skorja ħames gowls f’36 partita.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport