Sunday, December 22, 2024

Jitlesta 90% tal-proġett tas-Central Link… għaddejjin bl-aħħar xogħlijiet t’asfalt

Mill-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru, in-nies se jgħixu proġett li suppost ilu li sar 60 sena

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

90% tal-proġett tas-‘Central Link’, li issa ilu għaddej għal dawn l-aħħar sena u nofs, jinsab lest u għaldaqstant fadal biss ftit ieħor biex dan il-proġett ikun jista’ jitgawda fl-intier tiegħu. Bħalissa Infrastructure Malta qed taħdem biex jinfetħu ħafna mit-toroq u passaġġi għall-mixi u r-roti ġodda ta’ dan il-proġett sal-bidu t’Ottubru. Bħalissa għaddejjin bl-aħħar xogħlijiet t’asfalt.

Dan il-proġett, li mir-Rabat iwasslek sal-Imrieħel u t-toroq tal-madwar, huwa mezz kif jitnaqqsu l-emissjonijiet u jorbot ukoll ma’ inizjattivi oħrajn li se jkunu qed isiru fil-futur.

Il-parti ta’ fondi ewropej f’dan il-proġett tiswa madwar €15-il miljun.

Waqt il-programm ‘Pjazza’, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal: “Dan huwa proġett illi ilna li bdejnih sena u nofs u kien ilu jistenna li jinbeda 60 sena. Smajna, biddilna, immitigajna u tejjibna u sena u nofs wara lestejna 90% tiegħu. Issa fadal biex fil-ġranet u fil-ġimgħat li ġejjin jiġri kif kien ġara meta kelna l-Marsa Junction. Issa se nkunu tajna wiċċ ta’ tarmak fis-7.5km ta’ korsiji li hemm mir-Rabat sal-Imrieħel, fuq in-naħat kollha, pero fadal żewġ uċuħ kullimkien. Dan ifisser li se nkunu qed nagħmlu xahar nagħlqu triq biex nagħmlu oħra, id-diversions. In-nies ħadet paċenzja għal 60 sena tgħaddi mit-toroq ta’ Ħ’Attard, ta’ Ħal Balzan, ta’ Ħal Lija u tal-Iklin, biex tevita l-bottleneck ta’ Ħ’Attard. Fadlilna xahar ieħor. Nitlob lil kulħadd il-koperazzjoni billi naħsbu kmieni u nsibu toroq alternattivi għaliex sakemm inlestu l-proġett se tkun sfida. Pero mill-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru, in-nies se jgħixu proġett li suppost ilu li sar 60 sena. Dik hija l-mira, imma jien xorta se nimbotta biex ikun qabel.”

Il-Ministru mhux biss qal li 90% ta’ dan il-proġett huwa lest iżda semma numru ta’ benefiċċji marbuta ma’ dan il-proġett. “Dwar il-Marsa Junction l-istudju kien jurina li n-nies kienu se jiffrankaw 30% tal-ħin. Dan il-proġett jurina li n-nies se jkunu qed jifrankaw 50% tal-ħin.”

Ekonomija

Sport