Sunday, May 5, 2024

Jitnaqqsu l-ammont ta’ mobile toilets quddiem il-Knisja tal-Furjana wara furur fuq il-midja 

Aqra wkoll

Tnaqqsu l-ammont ta’ mobile toilets li kienu tpoġġew quddiem il-faċċata tal-Knisja tal-Furjana bi tħejjija għall-kunċert ta’ Robbie Williams li se jittella’ llejla. Dan is-sit jista’ jikkonferma dan hekk kif il-ġurnalist tagħna żar il-post fejn ikkonferma li dawn tnaqqsu drastikament. 

Ritratt imxerred mill-kunsillier Nazzjonalista James Aaron Ellul kien juri ringiela ta’ mobile toilets minn naħa sa oħra ftit bogħod mill-faċċata tal-knisja u dan qajjem furur fuq il-midja soċjali. 

Fi stqarrija maħruġa mill-parroċċa San Publiju fil-Furjana ntqal li l-Arċipriet kien ħa d-deċiżjoni li l-faċċata ma tinxtegħelx għax ħadd ma kkonsulta miegħu biex dawn isiru quddiem il-knisja. 

Sport