Tuesday, December 24, 2024

Jitpoġġa taħt probation wara li ammetta li kellu x’jaqsam ma’ minorenni

Aqra wkoll

Keith Testa ta’ 22 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation wara li ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla minorenni ta’ 14 -il sena. Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ f’Ottubru tal-2020, meta kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla fil-karozza ta’ sieħbu fix-Xgħajra.

Il-Pulizija spjegat kif bdiet l-investigazzjoni wara li rċivew rapport mingħand omm it-tiifla, fejn spjegat lill-Pulizija li kien hemm xi messaġġi bejn it-tifla tagħha u bejn l-agressur.

Meta kien mistoqsi mill-Pulizija, Test ammetta u qal li kellu x’jaqsam darbtejn mat-tifla ġo karozza ta’ ħabib tiegħu fil-wied tax-Xgħajra bil-lejl. L-akkużat sostna mal-Pulizija li xejn ma sar konta l-volonta tagħha u li użaw il-protezzjoni.

Fil-Qorti, xehdet it-tfajla u qalet li hi u Keith kienu ħbieb u li wara tliet xhur bdew ir-relazzjoni tagħhom flimkien. Xehdet ukoll li meta bdew joħorġu flimkien kellhom x’jaqsmu sesswalment flimkien u li xejn ma sar mingħajr il-kunsens tagħha.

Fil-Qorti, xehdet ukoll l-omm, li qalet li kif saret taf li bintha qed toħroġ mal-akkużat marret tagħmel rapport l-għassa għax ma kellux joħroġ magħha.

Wara li semgħet is-sottomssjonijiet, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet sabitu ħati. Meta ġiet biex ittih is-sentenza, hija qieset li meta seħħ l-att, il-ġuvni kellu 18 -il sena u li t-tfajla kellha 14 -il sena. Il-Qorti qieset ukoll il-fatt li l-att sesswali sar bil-kunsens tat-tnejn li huma.

Il-Maġistrat Stafrace Zammit poġġiet lil ġuvni, Keith Testa, taħt ordni ta’ probation għal tlett snin u ordnatlu jagħmel 60 siegħa xogħol fil-komunita. Il-Maġistrat għamlet ukoll talba lill-Kummissaju tal-Pulizija sabiex jinvestiga lill-akkużat sabiex jaa jekk hux qed jigdeb jew le.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Dorianne Tabone u Melvin Zammit

Ekonomija

Sport