Friday, July 19, 2024

Jitressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ stupru u jingħata sentenza sospiża talli wettaq reati sesswali fil-pubbliku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena ma nstabx ħati li stupra mara. Dan wara li hekk kif kien qed jinstema l-każ fil-Qorti, instab li kien hemm biżżejjed provi biex l-akkużat jinħeles minn kull akkuża, hekk kif l-atti sesswali ta’ bejn l-akkużat u t-tfajla tiegħu kien konsenswali.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ imur lura għall-2019 u li fl-istess perjodu it-tfajla tal-akkużat kienet għaddejja minn xi problemi, hekk kif ta’ età żgħira sseparatt ruħha minn mal-kumplament tal-familja tagħha u marret tgħix għal rasha. Intqal kif it-tfajla ltaqgħet mal-akkużat fl-Mcast u li dak iż-żmien, t-tfajla kienet issibu biss bħala ħabib li tiftaħ qalbha miegħu.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li ftit tas-snin wara, l-akkużat u t-tfajla reġgħu bdew jitkellmu u kien minn dak il-mument fejn bdew joħorġu flimkien bħala koppja, liema relazzjoni ma damitx wisq. Kien hawn fejn it-tfajla allegat li meta kienu jkunu intimi, l-għarus tagħha kien ikun vjolenti magħha, tant li kienet tħoss li qed ħierġa rabja kbira minnu.

Ġie spjegat ukoll li darba minnhom ftehmu biex jiltaqgħu għax xtaqet tgħiidlu biex itemmu r-relazzjoni tagħhom. Hija spjegat li xtaqet tagħmel dan għax ippreferiet li jiltaqgħu u jitkellmu milli tibgħat sempliċiment messaġġ.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet ukoll t-tfajla kienet spjegat mal-Pulizija li hi ltaqgħet mal-għarus tagħha l-Belt u li wara marru Ħal Qomri, fejn allegatament. wara li ordnaw l-ikel, dan ħadha f’post mudlam. Kien hawn fejn t-tfajla allegat lill-akkużat li kien qiegħex iwettaq atti sesswali magħha mingħajr il-permess tagħha.

Il-Pulizija xehdet li daħlilha rapport ta’ abbuż mingħand it-tfajla u li meta xi ħadd mill-Pulizija kellem l-akkużat, dan ammetta li hu u t-tfajla wettqu atti sesswali, iżda argumenta li dan kollu sar bil-kunsens tagħhom it-tnejn u mhux tiegħu biss.

Fil-Qorti instemgħet ukoll l-veżjoni tal-akkużat, li waqt li kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija, kien spjega li t-tfajla bagħtitlu li riedet tħassar u li minkejja se tagħmel dan, qaltlu li kienet qed timmisjah ħafna. Mal-Pulzija, l-akkużat spjega wkoll li kien minnu li bħala koppja kellhom relazzjoni sesswali, iżda sostna li fl-ebda ħin ma sfurzaha

Fil-Qorti, xehed psikjatra, fejn spjega li l-mara ssofri minn anzjetà. Huwa ta spjegazzjoni li fil-passat, jiġifieri fl-2017, kienet diġà għaddiet minn abbuż u kienet qed turi sintomi ta’ trawma li għaddiet minnha wara li temmet relazzjoni u spiċċat b’overdose.

Wara il-psikjatra, xehdet l-eks mara tal-akkużat fejn fix-xhieda tagħha spjegat li r-raġel kelluqalb tad-deheb u li ma kinitx temmen li jasal li jagħmel xi ħaġa bħal din. Ma kinitx l-eks mara biss li tat din il-verżjoni, hekk kif meta xehdu sħab l-akkużat, il-verżjoni tagħhom kienet taqbel ma tal-eks mara.

Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, ġie innutat li l-akkużat ma ċaħadx li kellu relazzjoni sesswali magħha iżda qal li kienet konsenswali. Il-Qorti innutat ukoll li l-akkużat għandu karattru differenti minn dak li ddiskervietu l-vittma, hekk kif ix-xhieda tal-eks mara tiegħu. li kienet ilha miegħu madwar disa’ snin turi li huwa bniedem twajjeb.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża, il-Qorti qalet li tħoss li l-akkużat għandu jiġi lliberat minn akkużi ta’ stupru. Minkejja dan, huwa nstab ħati li wettaq reati sesswali f’post pubbliku. Kien għalhekk li hu ġie kkundannat ġimgħatejn ħabs sospiżi għal sena.

Id-Difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-avukati Marion Camilleri u Franco Debono.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport