Wednesday, July 24, 2024

Biden jassigura lid-donaturi li hu jista’ jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden assigura lid-Donaturi Demokratiċi li hu jista’ jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali wara li kien ikkritikat bl-aħrax wara dibattitu li kellu ma’ Donald Trump fejn kollox qiegħed juri li dan tal-aħħar qiegħed sew fit-tellieqa għal White House.

Biden li għandu 81 sena attenda numru ta’ attivitajiet biex ikun jista’ jiġbru fondi għal kampanja Presidenzjali tiegħu. F’waħda mill-attivitajiet, Biden qal lid-donaturi li “ma tantx kelli lejl tajjeb, iżda lanqas Trump ma kellu lejl tajjeb. Inwiegħed lid-donaturi kollha li se nkun qiegħed nirbaħ l-elezzjoni li ġejja.”

Il-President tal-Istati Uniti ammetta li hemm tħassib dwar kif mar fl-ewwel dibattitu li se jwassal biex il-poplu Amerikan jivvota fl-elezzjonijiet f’Novembru li ġej.

L-eks kelliem għal White House, Nancy Pelosi f’kummenti li tat lill-midja internazzjonali qalet li Biden waqt id-dibattitu ma tantx mar tajjeb filwaqt li l-eks direttur tal-komunikazzjoni Kate Bedingfield qalet li Biden kien diżappuntanti ħafna meta ffaċċja lil Trump.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport