Friday, July 19, 2024

Jitressaq il-Qorti wara li xerred filmat sesswali fuq TikTok

Aqra wkoll

Nnertil Rranci, Albaniż ta’ 37 sena tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat fost l-oħrajn li xerred filmati sesswali ta’ tfajla fuq TikTok mingħajr il-kunsens tagħha.

Hu kien akkużat ukoll li kien qed isegwi lil din it-tfajla f’Ħal Qorti u li anke kien qiegħed juża isem falz.

Il-Prosekuzzjoni qalet li dwar l-Albaniż kienu saru diversi rapporti u anke fl-14 ta’ Frar li għadda kien tkeċċa minn Malta għax kien qiegħed jgħix f’pajjiżna mingħajr permess.

Fil-Qorti ntqal li f’Malta saru żewġ rapporti mit-tfajla fejn qalet li kien ippubblika filmat sesswali tagħha fuq TikTok. F’Mejju li għadda l-akkużat segwa lill-vittma filwaqt li kien qabeż fil-karozza mat-tfajla waqt li kienet ma’ bintha ta’ 3 snin.

Rranci li huwa residenti Birżebbuġa, jaħdem bħala xuffier tal-merkanzija wieġeb li mhuwiex ħati, baqa’ jinżamm arrestat.

Il-Qorti ordnat biex l-Albaniż baqa’ miżmum arrestat fil-ħabs ta’ Kordin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport