Monday, July 15, 2024

Tinżamm arrestata wara li ġiet mixlija b’20 każ ta’ pickpocketing

Aqra wkoll

Petronela Claudia Ciubot Ariu, Rumena ta’ 41 sena baqgħet tinżamm arrestat wara li tressqet il-Qorti fejn ġiet akkużata li wettqet aktar minn 20 sena.

Fil-mira tar-Rumena kien hemm uristi, l-iktar fil-Belt, l-Imdina u San Pawl il-Baħar bir-Rumena kienet tisraq il-kartieri jew portmonijiet bil-flus. Il-pulizija qalet li b’kollox insterqu madwar €7,000 fi flus kontanti minn fuq il-vittmi.

Il-Pulizija kienu arrestaw lil mara l-Ħamis li għadda hekk kif kienet qed tipprova titlaq minn Malta. Il-mara allegatament tifforma parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata internazzjonali li jwettaq pickpocketing fuq persuni li jinġabru f’postijiet turistiċi.

L-akkużata li fil-Qorti qalet li xogħolha hu bħala technician tad-dwiefer wieġbet mhux ħatja. Id-difiża qalet lill-Maġistrat Marseanne Farrugia li f’dan l-istadju mhux se tkun qiegħda titlob għall-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport