Monday, July 15, 2024

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà jkollu t-terminu tiegħu mġedded

Aqra wkoll

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà se jibqa’ fil-kariga għal 4 snin oħra hekk kif t-terminu tiegħu li kien jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju ġie mġedded.

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri meta kien qiegħed jitkellem mal-midja lokali qal li l-Kummissarju Gafa kien l-ewwel wieħed maħtur bis-sistema legalin ġdida f’Ġunju tal-2020. Hu qal li dan kien l-ewwel Kummissarju li nħatar wara sejħa pubblika u bi proċess tal-għażla li tmexxa mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li kien ukoll skrutinat u approvat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi tal-Parlament Malti.

Meta kien mistoqsi x’wassal għad-deċiżjoni li t-terminu ta’ Gafà ġie mġedded, il-Ministru Camilleri qal li matul it-terminu teigħu saru diversi proġetti tajbin fosthom kien hemm l-introduzzjoni tal-Community Policing li jikopri iżjed minn 80% tal-pajjiż u l-ħidma tal-Victim Support Unit f’kollaborazzjoni mal-Victim Support Agency, li flimkien mat-twaqqif u t-tisħiħ tal-Gender Based & Domestic Violence qed jibqa’ jilħaq ħtiġijiet varji f’każi ta’ reati mill-iżjed sensittivi.

Semma wkoll li fi żmien il-Kummissarju Gafà ġie ffirmat ftehim settorali ġdid għall-uffiċjali kollha li kompla jtejjeb il-kundizzjonijiet u s-salarji għall-ħidma tagħhom, flimkien ma’ investimenti kontinwi biex il-Pulizija jibqa’ jkollhom l-aqwa riżorsi u għodod

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport