Thursday, November 19, 2026
Home Sport Jittellgħu l-ewwel żewġ rounds tal-Meridianbet FA Trophy – il-holders Valletta jibdew kontra...

Jittellgħu l-ewwel żewġ rounds tal-Meridianbet FA Trophy – il-holders Valletta jibdew kontra Birkirkara

0
54

Nhar il-Ħamis ittellgħu l-poloz tar-round Preliminari u dak tal-Aħħar 32 tal-kompetizzjoni Meridianbet FA Trophy.

F’dan it-tlugħ, kien hemm it-timijiet kollha tal-VBET Malta Premier, tal-BOV Challenge League, kif ukoll l-erba’ semi-finalisti tal-BOV National Cup.

Il-logħbiet tar-round preliminari huma skedati għall-1 u t-2 ta’ Diċembru, filwaqt li dawk tar-Rawnd tal-Aħħar 32 se jintlagħbu bejn it-18 u l-20 ta’ Diċembru.

L-iskeda tal-fażijiet sussegwenti tal-kompetizzjoni hija din:

Round tal-Aħħar 16: 19-21 ta’ Jannar

Kwarti-finali: 2 u 3 ta’ Marzu

Semi-finali: 20 u 21 ta’ Marzu

Finali: 23 ta’ Mejju

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here