Il-player Ekwadorjan, Jhon Perlaza, ġie sospiż għal tmien snin minn kull attività relatata mal-football wara li waddab ġebla li laqtet assistant referee waqt partita tat-tielet diviżjoni fl-Ekwador.
L-inċident seħħ fis-17 ta’ Ottubru, meta Perlaza, li kien fuq il-bank tas-sostituti, waddab ġebla lejn l-assistant referee, Lenin Giovanni Ojeda Nunez, li sofra ġrieħi serji f’wiċċu u kellu bżonn intervent kirurġiku.
Il-Federazzjoni Ekwadorjana tal-Football iddeċidiet li timponi sospensjoni ta’ tmien snin, li tibqa’ fis-seħħ sad-19 ta’ Ottubru 2034, u se titlob lill-FIFA biex testendiha fuq livell internazzjonali.
Il-club tiegħu, Ciudad de Yantzaza, ġie mmultat $2,000 u ordnat iħallas $4,369.73 għall-ispejjeż mediċi tal-uffiċjal.
Il-club keċċa wkoll lill-player u kkundanna l-inċident.




